Barranin
Uffiċjali: Il-Vatikan jikkunsidra qassisin miżżewġa għall-Amerka Latina

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju.

Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej, bit-tama li tinstab soluzzjoni għan-nuqqas qawwi ta’ qassisin f’postijiet remoti fir-reġjun tal-Amażonja.

Dan ir-reġjun jinkludi partijiet mill-Bolivja, il-Brażil, il-Kolombja, l-Ekwador, French Guinea, Guyana, il-Perù, il-Venezwela u Suriname.

Din id-deċiżjoni tikkonferma dak li kien diġà ddikjara l-Papa Franġisku riċentament, fejn qal li huwa lest jikkunsidra l-proposta Viri Probati.

Id-dokument madankollu mhux qed jipproponi li l-qassisin ikunu jistgħu jiżżewġu, iżda hija biss opportunità għal dawk l-irġiel miżżewġa li jħossu s-sejħa għall-vokazzjoni saċerdotali.

Ir-regoli attwali dwar iċ-ċelibat m’hemmx ħsieb li jinbidlu.

Ara wkoll:

Il-Papa Franġisku jimbotta biex il-qassisin fil-Brażil jitħallew jiżżewġu

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tabib Franċiż għadu jara l-pajzenti fil-klinika tiegħu minkejja li għandu 98 sena. Christian Chenay beda jaħdem bħala welder, qabel ma kkwalifika bħala tabib. Huwa ra l-ewwel pazjent tiegħu lura fl-1951,…

Barranin

Mara f’Ohio, fl-Istati Uniti, ċemplet in-numru tal-emerġenza 911 u talbet biex tordna pizza. L-uffiċjal li wieġeb it-telefonata qal lill-mara li kienet ċemplet numru ħażin, iżda meta l-mara baqgħet tinsisti, għokritu…

Barranin

Il-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu ġie akkużat mill-avukat ġenerali b’tixħim, frodi, u ksur ta’ fiduċja fi tliet każijiet separati. Netanyahu allegatament irċieva rigali minn negozjanti sinjuri, u li għamel pjaċiri…

Barranin

Għexieren ta’ persuni huwa maħsub li għerqu lbieraħ filgħaxija ’l barra mill-kosta Libjana. L-aħbar ingħatat mill-organizzazzjoni Alarm Phone, li qalet li l-informazzjoni waslet mingħand sajjieda li kienu f’din iż-żona. Qed…

Aktar