Politika
Uffiċjali ta’ Scotland Yard f’Malta

Uffiċjali minn awtoritajiet regolatarji tas-servizzi finanzjarji u l-Korp tal-Pulizija, ġew imħarrġa mill-Pulizija Metropolitana tar-Renju Unit, magħrufa Scotland Yard fil-ġlieda kontra ħasil ta’ flus biex jiġi ffinanzjat it-terroriżmu.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern aċċetta l-offerta tal-Home Office biex iħarreġ uffiċjali Maltin u janalizzaw u jiddiskutu case studies. Il-Prof. Scicluna qal li dan jagħmel parti mill-impenn tal-Gvern biex ikompli jiġġieled il-ħasil tal-flus.

Il-Ministru Scicluna qal li l-Cabinet mhux jeskludi t-twaqqif ta’ aġenzija speċjalizzata biex tiġġieled il-kriminalita’ organizzata. Waqt li ma tax dettalji dwar meta din l-awtorita’ tibda tiffunzjona, il-Ministru qal li għaddejjin taħdidiet mal-Home Office tar-Renju Unit biex ikun stabbilit mudell ideali għall-funzjoni ta’ din l-aġenzija.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

8 persuni miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far irriżultaw pożittiv għall-Coronavirus. Is-Supertendent għas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet li fit-8 t’April persuna ta’ 33 sena ħarġet pożittiva għall-virus. Min kien fl-istess kabina miegħu…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar