UĦM: direttiva lill-ħaddiema klerikali fl-iskejjel biex jagħmlu xogħolhom biss

Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) fil-bidu ta’ din il-ġimgħa rreġistrat tilwima industrijali mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u b’effett mil-lum il-ħaddiema klerikali fl-iskejjel għandhom direttiva biex jagħmlu x-xogħol tagħhom biss.

Fi stqarrija l-UĦM spjegat li dan qed iseħħ wara li din l-Union irċeviet diversi lmenti mingħand ħaddiema klerikali li qed jagħmlu xogħol li mhux fil-grad tagħhom.

Id-direttiva ngħatat wara diversi laqgħat li saru mill-ħaddiema fejn jidher ċar li dawn qed jispiċċaw jagħmlu xogħol li m’humiex imħallsa għalih.

Dan barra li kulma jgħaddi ż-żmien, qed jiżdidilhom l-ammont ta’ xogħol.

Għalhekk, il-UĦM qed tisħaq li dawn il-ħaddiema jagħmlu x-xogħol fil-grad tagħhom biss.

Il-UĦM lesta tiddiskuti, kemm-il darba l-amministrazzjoni lesta li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ dawn il- ħaddiema.

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għandu 67 sena, u flimkien ma’ missieru sa minn ċkunitu trabba b’passjoni kbira għal trakkijiet militari Amerikani u Ingliżi, u inġenji oħra fosthom magni tal-ajruplani. Michael Cachia jqatta’ ħinu jibni…

COVID-19

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li l-aġenti u l-operaturi tal-ivvjaġar qegħdin jiffaċjaw diffikultatjiet biex joħorġu r-rifużjonijiet minħabba li l-kumpaniji turistiċi mhumiex qegħdin jibagħtulhom l-flus lura tal-vjaġġi u pakketti tal-ivjaġġar…

Immigrazzjoni

Għaxar t’ijiem wara s-sejħa tal-espressjoni għal bastiment biex fuqhom ikunu iżolati immigranti irregolari, Television Malta jinsab infurmat li l-Gvern irċieva mal-15 il-offerta. Is-sejħa ngħalqet f’nofsinhar tat-Tnejn li għadda u issa…

COVID-19

Bl-għan li jkun ta’ spalla għal negozji fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi tal-pandemija l-Bank Malti ta’ Żvilupp introduċa inizjattiva biex negozji żgħar li jitolbu self lill-banek ma jkollhomx bżonn jipprovdu garanziji personali…

Aktar