Stejjer Umani
UMANI tal-lum dwar persuna li tuża l-arti biex persuni b’diżabilità jimirħu fid-dinja artistika

UMANI tal-lum jitratta l-istorja ta’ Josette Fenech, artista li tuża l-arti tagħha biex persuni b’diżabilita’ jimirħu f’dinja artistika, jesprimu l-ħiliet tagħhom, u jirrilassaw.  Fil-programm Josette tispjega għaliex ħasset li l-arti għandha tagħti dan iċ-ċans, u titkellem ukoll fuq it-tbatijiet tagħha meta kienet żgħira fosthom il-mistħija kbira li kienet tħoss u li tefgħetha ħafna lura, kif ukoll il-kundizzjoni tal-fibromyalgia li kienet kissritha, imma llum kważi fieqet minnha.

UMANI bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat, u direzzjoni ta’ Godfrey Smith.  Jixxandar kull nhar ta’ Sibt fl-4.30pm, fuq Television Malta.