Lokali
Jgħidu li l-filmat li nxtered fuq WhatsApp kien misruq minn mobile waqt it-tiswija

Il-Pulizija qed tinvestiga filmati li qed jiċċirkolaw sew fuq WhatsApp u Facebook ta’ att sesswali bejn ġuvni u tfajla Maltija.

Il-filmati li allegatament ittellgħu fuq il-midja soċjali juri wiċċ it-tfajla twettaq l-att sesswali fil-karozza tas-sieħeb tagħha. Fil-filmat it-tfajla tidher liebsa l-flok tal-kumpanija li taħdem magħha.

Tvm.com.mt jinsab informat li l-kumpanija kkonċernata qiegħda tinvestiga l-każ taż-żewġ impjegati tagħha li jidhru jwettqu l-att sesswali.

Ikkuntattjat minn tvm.com.mt, is-Sur Jeremy Camilleri, li qed jirrappreżenta liż-żewġ ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, żvela ma’ dan is-sit li l-filmat huwa wieħed privat u nsteraq b’mod malinn u kriminali. Qal li l-ġuvni u t-tfajla li jidhru fil-filmat huma f’relazzjoni u marru flimkien jagħmlu rapport lill-Pulizija. Huma qed jallegaw li l-filmat insteraq ftit tax-xhur ilu waqt li l-mobile kien għat-tiswija.

Is-Sur Camilleri kellu kliem iebes ħafna għal dawk li għamlu share ta’ dan il-filmat. “Grazzi talli intom qed tkomplu tgħinu biex titkisser il-ħajja ta’ persuni li għaddejjin minn infern sħiħ, u talli qed taqilghu xnigħat u gideb dwar il-ħajja ta’ dawn il-persuni”, qal is-Sur Camilleri.

Ikkuntattjat minn tvm.com.mt, l-Ispettur Sandro Camilleri sostna li huwa illegali li persuna ttella’ filmati ta’ din ix-xorta mingħajr kunsens. Sostna li bl-emendi li saru fil-liġi, min jinstab ħati jista’ jeħel sentejn ħabs, u multa ta’ €3,000. Qal li dan ifisser li mhux biss min tella’ l-filmat l-ewwel darba hu suġġett għal-liġi, iżda anke min jagħmel share tiegħu fuq xi pjattaforma soċjali.

Min-naħa tagħha, il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa qalet li tinsab lesta li tipprovdi mingħajr ebda ħlas l-assistenza legali lit-tfajla li tidher fil-filmat biex tħares il-jeddijiet tagħha. Dr Andrea Dibben, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni talbet biex kull min jaf lill-vittma li tidher fil-filmat li qed jiġi ċċirkolat mingħajr il-kunsens tagħha, jagħmel kuntatt magħha fuq [email protected]

Intant f‘Settembru tas-sena li għaddiet, tfajla Taljana ta’ 31 sena neħħiet ħajjitha b’idejha kawża ta’ filmat tagħha f’relazzjoni sesswali li nxtered fuq bosta mezzi tal-midja soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Edukazzjoni

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat…

Aktar