Relazzjonijiet Industrijali
Union titlob li jiġu ċċarati l-limiti tax-xorb permessibbli għall-Pulizija

Il-Malta Police Association qed titlob li tiġi ċċarata l-liġi l-ġdida dwar it-testijiet għad-droga u x-xorb fuq membri tal-korp tal-Pulizija.

Fi stqarrija l-union qalet li taqbel mat-testijiet ta’ droga għaliex din hija llegali, iżda l-alkohol m’hux, u allura jrid ikun hemm parametri ċari ta’ x’inhu l-limitu li m’għandux jinqabeż.

Il-union iċċarat li l-ebda membru m’għandu jirrapporta għax-xogħol fis-sakra, iżda staqsiet jekk pulizija jistgħux jibdew jiġu mkeċċija f’każ li jinstabulhom traċċi ta’ xorb wara li, eżempju, jkunu attendew il-festin tal-Milied tal-korp.

L-MPA qalet li l-liġi kif inhi tista’ twassal għal diskrezzjoni miftuħa għall-interpretazzjoni suġġettiva, u tista’ tirriżulta f’abbuż fuq xi membri.