Saħħa
Union tordna lill-ħaddiema ma jibdlux il-ħrieqi tal-anzjani

Il-Kummissarrju għas-Saħħa kkundanna l-aħħar minn sensiesla ta’ azzjonijiet fl-isptarijiet u fid-djar residenzjali li qegħdin jaffettwaw is-saħħa tal-anzjani speċjalment dawk li jbatu mill-problema tal-inkontinenza.

Fi stqarrija, il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman qal li minkejja li l-Ġimgħa li għadda kkundanna azzjonijiet simili, Union oħra marret pass oltre u  ħarġet direttivi mhux biss sabiex ma jaħslux u ma jqandlux il-pazjenti u r-residenti iżda saħansitra lanqas ibiddlulhom il-ħrieqi.

Waqt li ma semmiex l-unjin li ħadet din l-azzjoni, il-Kummissarju tas-Saħħa mill-ġdid ikkundanna bla riservi dawn id-direttivi li qal li jmorru kontra d-dinjità tal-persuna u qal li dan huwa attakk dirett kontra n-nies l-iktar vulnerabbli.