Edukazzjoni
Unions tal-għalliema b’reazzjonijiet differenti għat-twaqqif ta’ grupp ta’ esperti

Il-Union tal-Għalliema, l-MUT aċċettat b’riservi li tieħu sehem fil-grupp ta’ esperti li twaqqaf mill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex joħroġ bi proposti dwar l-edukazzjoni fil-futur. L-MUT ġiet mistiedna tieħu sehem wara li tħabbar li kien twaqqaf dan il-grupp mingħajr is-sehem tagħha.

L-MUT qalet fi stqarrija li ser twaqqaf grupp ta’ ħidma simili u ċ-chairman tal-grupp ser jirrappreżenta lill-MUT fit-think tank tal-ministeru, iżda qalet li tirriserva d-dritt li tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa jekk dak li jiġi propost jaffettwa b’mod negattiv lill-membri tagħha.

U l-Union tal-Edukaturi Professjonali fi ħdan il-Voice of the Workers UHM, ħaditha qatt bla ħabel kontra t-twaqqif tat-Think Tank u ddikjarat li ser tiskoraġġixxi lill-membri tagħha milli jsegwu l-miżuri li jistgħu jiġu proposti minnu.

Min-naħa tiegħu, l-Ministeru tal-Edukazzjoni laqa’ l-fatt li l-MUT ser tkun rappreżentata mit-think tank li qal għandu ukoll rappreżentanza ta’ edukatturi oħra fost oħrajn mill-fakultà tal-edukazzjoni. Żied jgħid li jilqa’ ukoll li l-MUT ser twaqqaf ukoll grupp simili ta’ ħidma fi ħdanha.

Ara wkoll:

Jitfassal qafas ta’ tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi

Aħbarijiet Oħra

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħa, f’temp ta’ 24 siegħa, ġew dikjarati aktar persuni li fiequ mill-virus milli nfezzjonijiet ġodda. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’…

Il-General Workers Union għandha mal-400 kawża fuq il-kotba tagħha ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna, li fetħu kawża għad-danni talli kienu esposti għall-asbestos waqt li kienu qed isewwu l-vapuri. Id-dokumentarju ‘Mewta Siekta’…

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

Aktar