Unjoni Ewropea
Ursula von der Leyen eletta President tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin.

Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha u von der Leyen ġiet approvata b’383 vot favur u 327 vot kontra waqt li kien hemm 22 astensjoni.

Dalgħodu hija ndirizzat lill-Ewroparlamentari u ppreżentat il-prijoritajiet tagħha fosthom dwar l-immigrazzjoni, id-demokrazija, l-investiment u t-tibdil fil-klima. Hija wegħdet li fl-ewwel 100 jum fit-tmexxija tal-Kummissjoni tressaq Liġi Ewropea dwar l-ambjent.

Ara wkoll:

Ursula von der Leyen tippreżenta l-viżjoni tagħha

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar