Barranin
Ursula von der Leyen kellha titlaq mis-Summit tal-UE

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, kellha titlaq mis-summit tal-Kunsill Ewropew siegħa wara li beda minħabba li persuna fl-istaff tagħha rriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Fuq Twitter, il-President von der Leyen kitbet li hija għamlet it-test u rriżultat negattiv għall-coronavirus. Madankollu, hija xorta waħda se tiżola lilha nnifisha bi prekawzjoni.