Unjoni Ewropea
Ursula von der Leyen tippreżenta l-viżjoni tagħha għall-UE

In-nominata għall-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen indirizzat lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu qabel il-vot dwar l-approvazzjoni tagħha illejla fil-plenarja.

Von der Leyen ippreżentat il-viżjoni tagħha għall-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Fost oħrajn qalet li l-Kummissjoni mmexxija minnha se tħaddan il-prinċipju tal-ugwaljanza billi jkun hemm Kummissarji nisa daqskemm se jkun hemm irġiel.

Irreferiet għall-miri relatati mat-tibdil fil-klima, u qalet li dawn għandhom ikunu ambizzjużi, bil-mira biex l-Unjoni Ewropea tkun carbon neutral sal-2050 għandha tiġi infurzata f’liġi. Forst oħrajn qalet li għandha tiġi introdotta taxxa għall-emmissjonijiet (carbon border tax) li l-Kummissjoni preżenti ma tappoġġjax. Żiedet li parti mill-bank Ewropew għall-iżvilupp għandu jkun dedikat għall-mitigazzjoni kontra t-tibdil fil-klima.

Dwar Brexit, Von der Leyen qalet li hi favur li jkun hemm estenzjoni oħra għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea biex fi kliema jkollhom aktar ċans ‘jirraġunaw.’ Qalet li d-drittijiet taċ-ċittadini u l-paċi mal-Irlanda jibqgħu il-prijoritajiet tagħha.

Dwar l-immigrazzjoni u l-ażil qalet li għandu jkun hemm patt ġdid,fl-isfond ta’ messaġġi ta’ diżapprovazzjoni mill-Brexit Party, waqt li pproponiet li r-riforma ta’ Dublin għandha terġa tiġi attivata.

Hija qalet ukoll li għandu jkun hemm maġġoranza kwalifikata għall-politika barranija. Hija qalet ukoll li m’għandux ikun hemm kompromessi mas-saltna tad-dritt fl-Ewropea.

Von der Leyen qalet li l-kumpaniji ġganti fit-teknoloġija għandhom ikunu intaxxati u mhux jisfruttaw biss mill-edukazzjoni u l-infrastruttura tal-Ewropej fost oħrajn.

Wara d-diskors ta’ von der Leyen, tkellmu il-presidenti tal-gruppi politiċi Ewropej, bl-akbar tliet partiti l-EPP, l-S&D, u Renew urew l-id tal-kompromess, waqt li partiti oħra qalu ċar u tond li fil-vottal-lejla se jkunu qed jivvutaw kontriha.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Edukazzjoni

Nhar l-Erbgħa, it-12 ta’Awwissu, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, nediet kompetizzjoni bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza fuq l-importanza li nibżgħu għall-bajjiet u l-ambjent marittimu…

COVID-19

Ta’ kuljum qed isiru ammonti kbar ta’ testijiet għall-coronavirus. F’dan ix-xenarju, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed mill-ġdid ifakkar li dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jagħmlu t-test, jew ikun…

Aktar