Barranin
Ursula von der Leyen tippreżenta l-viżjoni tagħha

L-għaqda bejn l-istati membri u t-tħaddin tal-valuri Ewropej kienu fil-qofol tal-viżjoni li l-Ġermaniża Ursula von der Leyen ppreżentat lill-Parlament Ewropew.

F’diskors ta’ madwar nofs siegħa li matulu osservaturi qalu li ppruvat tolqot il-gosti ta’ ħafna mill-gruppi politiċi, fost oħrajn qalet li il-Kummissjoni mmexxija minnha se tħaddan il-prinċipju tal-ugwaljanza billi jkun hemm Kummissarji nisa daqs kemm se jkun hemm irgiel.

Irreferiet għall-miri relatati mat-tibdil fil-klima, fosthom biex l-Unjoni Ewropea tkun carbon neutral sal-2050 għandha tiġi infurzara f’liġi, li l-UE tnaqqas l-emmissjonijiet b’55% sal-2030 u li tiġi introdotta taxxa għall-emmissjonijiet (carbon border tax).

“To make it happen I will put forward a Green Deal for Europe in my first 100 days in office”

Qalet li trid tintroduċi skema li tindirizza l-problema tal-qagħad u żiedet li kull persuna li għandu impieg full time għandu jaqla paga minima li tkun tiflaħ għall-għixien diċenti.

Dwar Brexit, Von der Leyen qalet li hi favur li jkun hemm estenzjoni oħra għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea biex fi kliema jkollhom aktar ċans ‘jirraġunaw’ fl-isfkond ta’ diżapprovazjoni tal-Brexit Party.

Dwar l-immigrazzjoni u l-ażil qalet li għandu jkun hemm patt ġdid li l-pajjizi li jinsabu mal-fruntiera jiġu mgħejjuna, waqt li pproponiet li r-riforma ta’ Dublin għandha terġa tiġi attivata.

Hija qalet ukoll li għandu jkun hemm maġġoranza kwalifikata għall-politika barranija. Dwar is-saltna tad0dritt, qalet li ma dan m’hemmx kompromessi.

Von der Leyen qalet li l-kumpaniji ġganti fit-teknoloġija għandhom ikunu intaxxati u mhux jisfruttaw biss mill-edukazzjoni u l-infrastruttura tal-Ewropej fost oħrajn.

Intant l-MEPs Maltin, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew Roberta Metsola għaddew ir-rimarki tagħhom fuq Ursula von der Leyen.

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għandu 67 sena, u flimkien ma’ missieru sa minn ċkunitu trabba b’passjoni kbira għal trakkijiet militari Amerikani u Ingliżi, u inġenji oħra fosthom magni tal-ajruplani. Michael Cachia jqatta’ ħinu jibni…

COVID-19

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li l-aġenti u l-operaturi tal-ivvjaġar qegħdin jiffaċjaw diffikultatjiet biex joħorġu r-rifużjonijiet minħabba li l-kumpaniji turistiċi mhumiex qegħdin jibagħtulhom l-flus lura tal-vjaġġi u pakketti tal-ivjaġġar…

Immigrazzjoni

Għaxar t’ijiem wara s-sejħa tal-espressjoni għal bastiment biex fuqhom ikunu iżolati immigranti irregolari, Television Malta jinsab infurmat li l-Gvern irċieva mal-15 il-offerta. Is-sejħa ngħalqet f’nofsinhar tat-Tnejn li għadda u issa…

COVID-19

Bl-għan li jkun ta’ spalla għal negozji fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi tal-pandemija l-Bank Malti ta’ Żvilupp introduċa inizjattiva biex negozji żgħar li jitolbu self lill-banek ma jkollhomx bżonn jipprovdu garanziji personali…

Aktar