Barranin
FILMAT: Ursula von der Leyen titħalla bilwieqfa għal-laqgħa mal-President Tork

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tħalliet bilwieqfa għal-laqgħa bejn iż-żewġ presidenti tal-Unjoni Ewropea mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Filmat juri li Ursula von der Leyen tħalliet bilwieqfa waqt li l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u Erdogan poġġew fuq żewġ siġġijiet li kienu fin-nofs tal-kamra.

Hija tidher tagħmel ġesti b’idejha u tistaqsi fejn se tpoġġi. Eventwalment, offrewlha biex tpoġġi fuq sufan li kien fil-viċin maġenb il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tork Mevlut Cavusoglu, li jokkupa grad ta’ status anqas fil-protokoll diplomatiku.

Fil-laqgħat preċedenti t-tliet presidenti lkoll kienu qagħdu flimkien.