Lokali
Valletta 2018 tagħti spinta lill-industrija tar-restoranti fil-Belt

B’Valletta 2018 wara l-kantuniera, l-impatt fuq l-industrija tar-restoranti fil-Belt diġà beda jinħass. Din is-sena żdiedu 6 restoranti ġodda fil-Belt Valletta.

Restorantiera u peruni viċin l-indistrija qalu lil tvm.com.mt li s-servizz u l-varjetà offruti mir-restoranti Maltin ukoll qegħdin jaraw titjieb notevoli.

Ftit ġimgħat qabel jitla’ s-separju fuq Valletta 2018, l-ispinta fl-attività fil-Belt Valletta diġà bdiet tinħass anke fil-varjetà ta’ restoranti li fetħu fil-Belt. Denise Briffa kordinatur tar-revista speċjalizzata fuq ir-restoranti The Definitively good guide qalet lil tvm.com.mt li mill-istħarriġ li jagħmlu fost il-klijenti tar-restoranti, il-Belt saret fost id-destinazzjonijiet l-aktar imfittxija għal ikla tajba f’ambjent mill-isbaħ.

Denise Briffa qalet li “tfisser ħafna għat turisti u turisti ta’ ċertu kwalità, plus in nies tal-lolal saru jfittxuha ħafna l-Belt, ħafna avvenimenti ta’ kultura, u allura kif ikunu hemmhekk il-Belt ikunu jridu jieklu hemm ukoll.”

Keith Seychell huwa s-sid ta’ wieħed mis-sit restoranti li fetħu fil-Belt din is-sena. “L-ewwel ħaġa għażilt il-Belt għax is sena d-dieħla ser tkun il-Valletta 18 u ser ikun hawn business qawwi fil-Belt, u l-pożizzjoni li għandu l-Capo Crudo hija l-isbaħ veduta, b’Manoel Island,u Tas-Sliema, u l-iktar ħaġa imporanti f’restaurant hija l-pożizzjoni tiegħu” qal Keith.

Ir-restaurant tas-sur Seychell kien wieħed mir-restoranti premjati fit-18-il edizzjoni tal-premjijiet għall-aqwa restoranti li tittella’ minn The Definitively good guide. L-għażla tar-restoranti rebbieħa f’diversi kategoriji ssir permezz tal-opinjonijiet espressi mill-klijenti li ikunu ippatronizzaw ir-restoranti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem l-inawgurazzjoni għall-faċilità l-ġdida ġewwa l-kumpanija De La Rue, il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie mistoqsi għall-diversi drabi mill-ġurnalisti dwar il-ġrajjiet kurrenti fil-pajjiż. Dwar il-kwistjoni ta’ Jason Micallef u l-kummenti…

Lokali

Imsieħba soċjali u kelliema li mdaħħlin fis-suq tax-xogħol ħadu sehem fil-Konferenza Nazzjonali organizzata mill-Partit Laburista bit-tema Malta ta’ Għada: Min se Jaħdem? Huma tkellmu fuq is-sitwazzjoni preżenti fejn insibu ħafna…

Lokali

Fi stqarrija, il-PL qal li fl-aħħar sigħat il-PN attakkat l-organizazzjoni ta’ Valletta 2018 u li hija ħasra li l-artisti jispiċċaw ballun politiku. L-isqarrija kompliet li, quddiem l-attakki tal-MEPs tal-PN, l-organizazzjoni…

Lokali

Sabin Daniel Talpas baqa’ miżmum arrestat wara li lbieraħ inqabad minn pulizija pajżan jisraq minn handbag ta’ mara li kienet qed tistenna tal-linja. Il-każ seħħ fil-venda tal-Belt meta pulizija pajżan…

Aktar