Kultura
Vandaliżmu fuq il-faċċata tat-Torri Vinċenti fl-Imqabba

Dalgħodu l-Imqabbin qamu maħsuda hekk kif raw il-faċċata tat-Torri Vinċenti fil-lokalità vvandalizzata.

Jidher li xi ħadd waddab xi żebgħa sewda jew żejt mal-faċċata tat-Torri li huwa meqjus bħala wirt storiku.

It-Torri jmur lura għall-1726 meta nbena minn Fra Orfeo de Vincenzo, Prijur fl-Ordni ta’ San Ġwann.

Kienu bosta li kkundannaw dan l-att li tebba’ u għamel ħsara lill-wirt storiku tal-Imqabba.