Kronaka
FILMAT: Vandaliżmu mal-faċċata tal-Kurja fil-Floriana

Ħaddiema involuti fil-qasam tar-restawr jinsabu għaddejjin b’ħidma biex ineħħu vandaliżmu li seħħ fuq il-faċċata tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana.

Hu mifhum li dan il-vandaliżmu seħħ fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta b’messaġġ bi spray aħmar jgħid “Home of killers. Vaccines is 4 depopulation”.

Dwar il-każ sar rapport lill-Pulizija bil-għan li jiġi identifikat il-persuna jew persuni li wettqu dan l-att.