Lokali
Vann jaqleb ħajt u jibqa’ nieżel f’għalqa f’Ħal Luqa

Ġuvni ħelisha ħafif wara li l-vann li kien qiegħed isuq dalgħodu baqa’ dieħel ġo ħajt bil-konsegwenza li niżel f’għalqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.

Il-vann imdaqqas tat-tip Isuzu kien qed jinstaq fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa meta għal xi raġuni x-xufier; ġuvni ta’ 20 sena, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fil-ħajt, li nqaleb mad-daqqa.

Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet lill-ġuvni l-isptar, fejn minn informazzjoni li għandu tvm.com.mt jirriżulta li sofra biss ġrieħi ħfief.

Aħbarijiet Oħra
Passatemp

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni…

Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Aktar