Lokali
Vann jieħu n-nar f’St Andrews u karozza fl-Imsida

Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti f’ħidma biex jitfu vann li nħakem min-nar qawwi fi Triq Sant’Andrija, f’Pembroke.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa meta f’ħin bla waqt il-vettura ħadet in-nar. Ix-xufier kien pront ħareġ mill-vann qabel mal-vettura nqerdet kważi għalkollox fin-nirien.

Intant aktar kmieni dalgħodu, il-pumpiera kienu involuti f’ħidma oħra biex jitfu karozza li saret vampa nar fi Triq il-Wied l-Imsida.

Ħadd ma weġġa’ fiż-żewġ inċidenti.