
Kronaka
Matthew Vassallo - TVM
Matthew Vassallo - TVM
Vann kbir jinqaleb fil-junction tal-Kappara
Sewwieq ħelsitha ħafif wara li nqalbet b’vann imdaqqas illum waranofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00pm fil-junction tal-Kappara.
Mill-ewwel tagħrif jidher li l-vann tilef il-kontroll u spiċċa maqlub fuq ġenb fis-central strip.
Il-Pulizija qalet lil TVM li ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

