Immigrazzjoni
Vapur b’40 immigrant idur lejn Malta wara li ma tħalliex jidħol Lampedusa

Jinsab fi triqtu lejn Malta l-vapur Alan Kurdi b’40 immigrant abbord li ġew salvati fl-ibħra internazzjonali minn fuq dinghy li kien madwar 30 mil nawtiku ‘l bogħod mill-kosta Libjana.

L-għaqda Ġermaniża Sea-Eye fi stqarrija qalet li fost l-immigranti salvati hemm mara tqila, tlett itfal żgħar, raġel midrub u żewġ persuni oħra li ħelsuha minn ħalq il-mewt fil-Libja. L-immigranti huma min-Niġerja, il-Mali, il-Kongo, il-Ghana u l-Kosta tal-Avorju.

L-għaqda qalet li malli ġew salvati l-immigranti, il-vapur beda jbaħħar lejn l-Italja, li l-għaqda Sea-Eye qalet mill-bidu nett li kienet l-aktar port sikur fejn setgħu jiżbarkaw l-immigranti. X’ħin il-vapur kien 20 mil bogħod mill-port sigur ta’ Lampedusa, l-awtoritajiet Taljani ma ħallewx il-vapur jidħol fil-port.

Segwi l-filmat li ppubblikat l-għaqda Sea-Eye fuq il-midja soċjali: