Lokali
Vapur b’932 immigrant jiddaħħal fi Sqallija, mara u tifel laħqu mietu

Il-vapur Diciotti, tal-Guardia Costiera, daħal fi Sqallija b’932 immigrant abbord li ġew salvati mill-Mediterran. Abbord ukoll żewġ katavri ta’ mara u tifel li ma rnexxilhomx jiġu salvati fil-ħin.

Fost l-immigranti salvati hemm 136 tfal mhux akkumpanjati u għadd ta’ nisa tqal.

Il-vapur bl-immigranti iddaħħal fil-port ta’ Katanja, minkejja li l-ġimgħa li għaddiet il-Gvern Taljan qal li kien għalaq il-portijiet għall-immigranti.

Fil-fatt wara din id-dikjarazzjoni l-Italja rrifjutat li ddaħħal il-vapur Aquarius, li kellu ‘l fuq minn 600 immigrant, u qalet li dawn kellhom jiddaħħlu f’Malta. Wara li Malta rrifjutat, Spanja offriet li tilqa’ l-immigranti hi, u l-Aquarius issa jinsab fi triqtu lejn Valencia.

Qed ikun irrappurtat li fuq il-kosta Libjana hemm mal-50,000 immigrant li qed jistennew biex jaqsmu l-Mediterran.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma waslux għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim dwar Brexit minħabba l-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal dak li se jiġri dwar l-Irlanda; pajjiż maqsum b’biċċa parti…

Edukazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta qed tinvesti ħafna fl-edukazzjoni u għalkemm qed ikun hemm titjib b’mod kostanti, ir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għadha għolja waqt li…

Lokali

Il-kuntistabbli Simon Schembri ddeskriva lilu nnifsu bħala persuna aħjar milli kien qabel l-inċident ta’ Mejju li kien għoddu ħallih mejjet. Waqt it-tnedija tal-Blue Light Foundation li waqqaf biex jiġu mgħejjuna…

Infrastruttura

Stħarriġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà dwar l-aċċessibbiltà fil-Belt għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti wera sitwazzjoni mwiegħra, għax minn 400 stabbilment kummerċjali u binjiet pubbliċi li ġew spezzjonati, huma biss 30…

Aktar