Kisbiet
Varat il-Premju Soċjetà Ġusta

Varat il-Premju Soċjetà Ġusta għal din is-sena b’ħames kategoriji. Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attivita, Anthony Agius Decelis qal li l-ħsieb wara l-premju huwa li jiġu ċelebrati l-kisbiet ta’ individwi u organizzazzjonijiet li jappoġġaw kultura ta’ iżjed drittijiet għall-persuni b’diżabbiltà filwaqt li jingħata rikonoxximent lil min jaħdem għal soċjetà iżjed inklussiva.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna se jmexxi l-bord tal-għażla. Huwa qal li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ikun hemm nomini għal dan il-Premju. Minbarra l-Premju Soċjetà Ġusta, hemm premjijiet oħra – għall-kisba tul il-ħajja fis-settur tad-diżabbiltà; għal ħidma fit-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà; għall-parteċipazzjoni attiva fl-isport, arti u kultura u premju għal kumpanija li topera b’mod inklussiv.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-15 ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Minn nhar il-Ġimgħa li għadda reġgħu bdew isiru l-funerali taħt għadd ta’ direttivi differenti. Fost id-direttivi hemm li l-funerali jistgħu jsiru fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes…

Solidarjetà

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tat donazzjoni ta’ €13,000 lill-Ministeru għas-Saħħa għall-ħidma u dedikazzjoni kollha li saret biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minstru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se tibda tingħata b’xejn mediċina oħra lill-pazjenti bil-kanċer tas-sider. L-għoti b’xejn ta’ din il-mediċina msejħa Fulvestrant propju tħabbar fil-ġimgħa Ewropea kontra…

Aktar