Lokali
Riforma ġdida fl-iskema tal-Home Help

Tħabbret riforma fl-iskema tal-‘Home Help’ li biha l-anzjani jingħataw servizzi ta’ xogħlijiet żgħir fid-dar tagħhom. Minn Jannar tas-sena d-dieħla l-anzjani ser jingħataw l-opportunità li jagħżlu huma l-persuna li jixtiequ u jitħallsu mill-Gvern tas-sigħat li jaħdmu jekk jikkwalifikaw għal din l-għajnuna.

Minn Jannar li ġej l-anzjani se jkunu jistgħu jqabbdu huma stess ħaddiema biex jagħmlulhom xogħlijiet żgħar fid-dar tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv għad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Dr Renzo Degabriele qal li l-anzjani li huma intitolati għall-Home Help ser jiġu offruti l-opportunità li jaqilbu għall-iskema l-ġdida matul is-sena d-dieħla.

“Ser jingħataw il-possibilità li jingaġġaw helper tal-għażla tagħhom. Huma ser jingħataw €5.50 għal kull siegħa li tiġi approvata u ma jħallsux il-kontribut ta’ €2.33 li kienu jħallsu fil-ġimgħa.”

Dr Degabriele qal li waħda mill-bidliet li saru fis-servizz tal-‘Home Help’ kienet li l-proċess ta’ assessjar jitħaffef biex l-applikant jingħata risposta mill-bord tas-servizz Home Help fi żmien qasir.

Is-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li l-budget għall-iskema tal-Home Help ser jiżdied b’nofs miljun ewro s-sena d-dieħla għal żewġ miljun ewro. Qal li fi tmien xhur, il-lista ta’ stennija tal-anzjani għal dan is-servizz minn 500 anzjan, naqset għal kważi 200. Huwa qal li b’kollox hemm 4,000 anzjan li jirċievu s-servizz tal-Home Help.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar