Ikel
Varata l-Għaqda Bdiewa Attivi

Il-mixtla ta’ Wied Inċita f’Ħ’Attard serviet ta’ sfond biex ġiet varata l-Għaqda Bdiewa Attivi li tittama li hija stess tkun mixtla li tkattar l-interess mil-konsumaturi mill-prodotti friski tal-biedja lokali waqt li tkun tarka li tħares l-interess tal-bdiewa. L-Għaqda diġà għandha aktar minn mitt membru.

Twaqfet l-Għaqda Bdiewa attivi li fost oħrajn għandha l-għan li twassal messaġġ lill-konsumaturi Maltin dwar il-ġenwinità tal-prodotti tal-biedja Maltija. Fi żmien meta l-bdiewa qed iħabbtu wiċċhom ma’ bosta sfidi inkluż it-temp u l-ħafna prodotti impurtati, l-għaqda ser tħabbrek biex turi li l-prodotti tal-bdiewa Maltin jaslu fuq il-mejda tal-konsumaturi fi żmien 24 siegħa u għaldaqstant m’għandhomx priservattivi.

Il-Kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi Malcolm Borg qal l-għaqda ser taħdem ukoll fuq kwistjonijiet oħra li jmissu mill-qrib il-biedja lokali.

Malcolm Borg qal “il-prijorità tal-għaqda huma l-pitkalija u l-bexx imma l-kwisjtoni tal-ammont ta’ bexx għoli li kien irrapurtat ftit ta’ żmien ilu u allura l-Għaqda ser tittekilja dik l-ewwel, hemm sfidi oħrajn iżda l-importanti huwa li l-bdiewa għandhom għaqda li tirrappreżentahom.”

Il-bidwi Joseph Muscat ilmenta li l-konsumatur kultant jiġi ingannat bi prodotti impurtati.

Joseph Muscat qal “speċjalment il-kompetizzjoni mill-prodotti barranin u problema oħra hija li l-konsumatur minħabba ċertu abbużi qed jixtri prodotti li qed jinbiegħu bħala ta’ Malta iżda mhux Maltin”.

Is-Sur Muscat qal li importanti ħafna li l-prodott lokali jkun preżentat b’mod li jintgħaraf minn prodotti barranin ħalli l-konsumatur ikun jaf x’qed jixtri. Il-bidwi Marjan Cini sejjaħ biex il-bdiewa li verament jaħdmu l-għelieqi jkunu protetti minn kompetizzjoni inġusta.

Marjan Cini qal “ma aħniex rikonoxxuti fuq bdiewa li huma rikreattivi jew m’huma bdiewa xejn. Il-prodotti tagħna jista’ faċilment jitħallat ma’ ta’ barra u jinbiegħ bħal ebda kontrolli u bla ebda u liġijiet li jiġu infurzati.”

L-Għaqda Bdiewa Attivi qalet li l-bdiewa jaħdmu mingħajr waqfien kontra l-elementi naturali u diffikutajiet oħra fosthom amministrattivi u finanzjarji biex il-prodotti tagħhom ikunu ta’ kwalità għolja. Sostniet li jenħtieġ li l-qasam agrikolu jingħata l-appoġġ biex dan is-settur ikun sostenibbli u b’hekk jibqa’ jipprovdi l-ikel bnin fis-suq lokali.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Lokali

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Ġoġo. Hu miet fl-età ta’ 89 sena. Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici kien twieled Bormla. Fl-1988 nħatar imħallef u fl-1990…

Aktar