Kurżitajiet
Veru li ż-żgħażagħ ma jgħaddux mingħajr mobile?

Studju li ġie kkummissjonat mill-King’s College ta’ Londra, juri li kważi kwart taż-żgħażagħ huma tant dipendenti fuq il-mobile tagħhom, li l-użu tal-mobile sar bħallikieku vizzju.

Il-psikjatri li għamlu dan l-istudju qalu li ż-żgħażagħ jibdew jippanikkjaw u jsiru mdejjqa jekk ma jkollhomx aċċess kontinwu.

Intqal ukoll kif dawn mhumiex kapaċi jikkontrollaw l-ammont ta’ ħin li jqattgħu iħarsu lejn l-iscreen tagħhom. Wissew kif dan kapaċi jkollu effetti detrimentali fuq is-saħħa mentali tal-istess żgħażagħ.

Ir-riċerka analizzat 41 studju differenti, li nvolvew madwar 42,000 persuna. Irriżulta li 23% ta’ dawn kollha kienu vvizzjati bil-mobile tagħhom, tant li dan l-użu beda jimpatta ħażin attivitajiet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Kumitat speċjali fi ħdan is-senat Taljan qed jivvota biex jiddeċiedi dwar jekk l-eks Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, għandux jgħaddi ġuri dwar l-attentat ta’ ħtif ta’ grupp ta’ immigranti abbord…

F’intervista mal-aġenzija Reuters, il-Prim Ministru Libjan Fayez al-Serraj qal li sakemm il-komunità internazzjonali ma tpoġġix pressjoni fuq Khalifa Haftar, il-pajjiż se jibqa’ jiffaċċja sitwazzjoni katastrofika bi ġlied bejn il-milizji rivali….

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Kurżitajiet

Persuni hekk imsejħa influencers fuq il-midja soċjali, qed jiġu offruti eluf kbar ta’ flus għas-sess. Rapporti f’midja internazzjonali qalu kif il-midja soċjali, partikolarment l-Instagram, qed iservi bħal katalgu biex rġiel…

Aktar