Kultura
Verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival fit-tletin anniversarju mindu beda jiġi organizzat

Verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival li fit-tletin anniversarju mindu beda jiġi organizzat fiċ-ċirkustanzi ta’ din is-sena se jinkludi programm online u spettaklu ta’ jazz live f’nofsinhar u filgħaxijiet fid-daħla tal-Belt.

Jitla’ s-siparju fuq it-tletin anniversarju tal-Malta Jazz Festival, din is-sena bi programm online u spettaklu ta’ Jazz live minn Misraħ il-Ħelsien f’nofsinhar u b’sensiela ta’ kunċerti “The City Jazz Series” fit-taraġ biswit il-parlament filgħaxijiet.

Jikkumplimentaw il-kunċerti, esebizzjoni fil-lukanda Phoenicia, Notes from the Harbour, li ħa ħsiebha l-fotografu Joe Smith. Il-wirja hi bħal mixja mal-istorja tal-Jazz Festival tul dawn l-aħħar 30 sena.

”Fl-online exhibition hemm xogħlijiet tiegħi, Darren Zammit Lupi, Patrick Fenech, Therese Debono, u Pierre Stafrace u żewġ artisti li kienu jpinġu live Jenny Caruana u Olang Vethul.”

Id-direttur artistiku tal-festival, Sandro Zerafa qal li din is-sena hemm kunċerti fosthom dawk ta’ nofsinhar u masterclasses li se jsiru permezz ta’ sessjonjiet diġitali u oħrajn live. Qal li l-kunċerti fil-kapitali huma kontribut għar-riġenerazzjoni tal-Belt.

”And then we have the live concerts, the midday concerts running from monday to saturday and evening concerts on thursday friday and saturday featuring excellent musicians.”

B’għarfien għall-patrimonju tal-Malta Jazz Festival, fost l-oħrajn se jixxandru tliet filmati b’unur l-ewwel direttur artistiku tal-festival, Charles “City” Gatt, li jitqies bħala l-missier tal-mużika jazz Maltija.

”I would like to personally thank Mr Charles Gatt for creating this thing, for giving us this thing, I think this is a very important festival it has shaped Malta’s cultural landscape, it is a true jazz festival, it is one of the world’s few true jazz festivals.”

Online, il-Malta Jazz festival se jixxandar fuq il-paġna tal-facebook tal-festival u fuq is-sit elettroniku ta’ Festivals Malta bejn it-tlettax u t-tmintax ta’ Lulju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar