Barranin
Veteran ta’ 97 sena jaqbeż bil-parachute biex ifakkar D-Day

Illum f’Portsmouth tfakkar il-ħamsa u sebgħin anniversarju minn D-DAY, meta aktar minn mija u ħamsin elf suldat tal-alleati, ħafna minnhom Ingliżi, Kanadiżi u Amerikani ħadu sehem fl-invażjoni tan-Normandija; mument mill-aktar kruċjali li bosta storiċi jargumentaw li wassal għat-tmiem tat-tieni gwerra dinjija.

Ir-Reġina faħħret l-erojiżmu ta’ dawk li ħadu sehem u rringrazzjathom f’isem tad-dinja ħielsa.

D-Day kienet l-akbar invażjoni mill-baħar, l-art u l-ajru fl-istorja li wittiet it-triq għat-tmiem tat-tieni gwerra dinjija u l-ħelsien tal-Ewropa tal-Punent mir-reġim Nażista.

Wieħed minn aktar minn mija, ħamsa u sittin elf suldat li ħa sehem f’din l-offensiva mill-alleati kontra l-qawwiet Ġermaniżi li kienu qed jokkupaw parti minn Franza, kien l-Amerikan Frank Devita li emozzjonat irrakkonta l-għadajjar tad-demm fil-bajja tan-Normandija.

“I was full of blood and vomit and I didn’t want to be with anybody, so I went to the stern of the ship by myself and I sat down and I started telling myself: ‘What the hell just happened here?’ and I tried to put things together,” ftakar il-veteran Frank Devita.

Ħafna mill-veterani li kienu telqu minn Portsmouth sbieħ is-6 ta’ Ġunju 1944 u ħadu sehem f’D-Day mietu, iżda mat-300 minnhom reġgħu nġabru f’din il-belt fir-Renju Unit u ltaqgħu mar-Reġina Eliżabetta u l-President Amerikan Donald Trump.

“The wartime generation, my generation, is resilient and I’m delighted to be with you in Portsmouth today,” qalet ir-Reġina Eliżabetta.

Fiċ-ċerimonja uffiċjali, fil-preżenza ta’ bosta mexxejja u dinjitarji, ir-Reġina Eliżabetta qalet li s-suldati li ħadu fl-invażjoni storika fin-Normandija kellhom kuraġġ u perseveranza kbira li bihom salvaw il-futur tad-dinja kif nafuha llum.

“Heroism, courage and sacrifice of those who lost their lives will never be forgotten. It is with humility and pleasure on behalf of the entire country, indeed the whole free world, that I say to you all; thank you,” qalet ir-Reġina.

Il-mexxejja qablu fuq dikjarazzjoni konġunta biex ħadd ma jerġa’ jgħix it-terrur indiskrevibbli tal-gwerra.

F’Normanija stess saret rappreżentazzjoni kommemmorattiva bis-sehem ta’ 300 paraxuttista.

Fost dawk li niżlu bil-paraxxut kien hemm il-veteran ta’ D-Day, l-Amerikan Tom Rice li għandu 97 sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar