Lokali
Veterani jirrakkontaw kif messew mill-qrib mal-bombi tat-tieni gwerra

Aktar minn sebgħin sena wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija, Malta qed tfakkar b’irħama kommemorattiva l-ħidma sfieqa tar-Royal Engineers Bomb Disposal Unit u aktar tard lill-membri tal-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati, li fil-gwerra u anke wara, żarmaw eluf kbar ta’ bombi li waqgħu f’diversi bnadi tal-gżejjer Maltin.

Fost dawk preżenti għaċ-ċerimonja fil-Barrakka ta’ Fuq, John Hilliar, li ħuh Rowland, kien żarma l-bomba li waqgħet fuq il-koppla tal-Knisja tal-Mosta.

“It came through the roof with the 300 parishioners inside and he and his team came in and made the bomb safe and then when everyone left the church, they defused the bomb, made it safe and took it away,” qal John Hilliar.

Dik kienet waħda mix-xita ta’ eluf bombi li nizlu fuq il-gżejjer Maltin fit-tieni gwerra dinjija. Fl-ewwel sentejn tal-gwerra, bejn l-1941 u l-1942, 32 suldat tar-royal engineers bomb disposal żarmaw mas-7,300 bomba mhux sploduta.

Uħud mill-qraba tagħhom ġew Malta għaċ-ċerimonja fil-Barrakka ta’ Fuq, fosthom Susan Hudson li missierha żarma numru ta’ bombi fit-Teatru Rjal.

“One particular type of bomb which was scattered all over Valletta, and some of the bombs, were put in the opera house by the police, these were very sensitive bombs, and if anybody touched them they would explode, so they could bring down the whole of the opera house and his job was to get them out. He also added that after some months the Germans blew up the opera house anyway,” qalet Susan.

Susan spjegatilna kemm kien xogħol iebes u għalfejn ħasset il-ħtieġa li tfakkar ix-xogħol ta’ dawn l-eroj. “He loved Malta, he always came back, but of course it also had its trauma, the bombing, the weight of the bombing, 24 hours a day, even while he was working, but he never mentioned that and a lot of people don’t. They will talk of one incident but they do not remember the detail because the only way to survive such an ordeal like that is to close down.”

Kien fl-1970 li l-Forzi Armati Maltin ħadu fuqhom ir-responsabbiltà biex iżarmaw bombi li kultant kienu jfeġġu waqt ix-xogħol. Il-maġġur Frederick Cauchi Inglott spjega l-periklu ta’ dan ix-xogħol. “Il-fuse kien tal-aluminjum u kien jiddeterjora, allura kont nisplodiha u jekk tara li jkun ‘safe’ konna neħduhom fuq il-baħar u narmuhom xi 10 kilometri ‘l bogħod.”

Dil-ħidma li għaddejja anke fi żmien ta’ paċi mill-Forzi Armati issa hija mnaqqxa fl-irħama ta’ tifkira li nkixfet mill-Prim Ministru, Joseph Muscat fil-Barrakka ta’ Fuq, fejn hemm bosta tifkiriet oħra li jirrakkontaw biċċa mill-istorja ta’ Malta fi żmien ta’ gwerra jew fil-paċi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-eks Ministru Tonio Fenech instab ħati ta’ malafama f’kawża ta’ libell li saret kontrih mill-Avukat Martin Fenech, is-Sur Joseph Cordina u s-Sur Charles Scerri dwar allegazzjonijiet li kien għamel fil-konfront…

Lokali

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ffirmat l-att li jemenda l-liġi għall-Protezzjoni tal-Embirjuni u qalet li dan għamlitu b’lealtà biss lejn il-Kostituzzjoni u l-proċess demorkatiku. Il-liġi għaddiet jumejn ilu b’34…

Lokali

Malta tilfet il-kawża fil-Qorti Ewropea fil-Kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra kontra l-applikazzjoni ta’ deroga minn Malta għall-insib fuq seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana fl-istaġun tal-ħarifa. Għalkemm id-deċiżjoni mhix appellabbli, il-Gvern qal…

Lokali

Għall-Caritas kien jum ta’ ċelebrazzjoni b’għaxar persuni ddikjarati ħielsa mid-droga wara li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas, fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-grupp li inkluda 3…

Aktar