Kronaka
AĠĠORNAT: Saq lejn il-Pulizija u qaliblu l-mutur

Sewwieq ta’ vettura tat-tip Mitsubishi Shogun, saqet lejn uffiċjal tal-pulizija u qalbitlu l-mutur fil-Ħamrun.

Il-Pulizija qalet li dan ġara wara li l-pulizija waqqfu ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien iżda dan ma koperax, irreżista u saq għal fuq il-mutur.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-Ħamrun għall-ħabta tat-15:22.

Fuq il-post issejħet assistenza għal aktar pulizija li rnexxilhom jitfu l-vettura bis-sewwieq ġie arrestat. TVM infurmat li l-persuna huwa magħruf mal-Pulizija.

Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett. Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Aktar