Lokali
Vetturi, affarijiet tad-dar u ħwejjeġ għall-bejgħ bl-offerta mid-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta affarijiet tad-dar, prodotti tas-sbuħija, parts tal-karozzi, ġugarelli, prodotti elettroniċi, ħwejjeġ, żraben u żewġ vetturi, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur.

Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019, f’nofsinhar.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti li qegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 14 ta’ Jannar sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019, f’nofsinhar). L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.

Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u 12pmu bejn in-12.30pm u t-3.30pm.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames siegħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal lill-ġurnalisti barra id-Dar Ċentrali li l-laqgħa tal-grupp parlamentari kienet waħda kostruttiva u li fiha…

Kronaka

Tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei, il-ħaddiem żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mali, li l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra waqa’ għoli ta’ madwar 4 sulari fil-bini tal-iskola l-ġdida tal-Qawra. L-inċident seħħ meta nqasmet tavluna…

Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia deher dieħel id-Dar Ċentrali għal-laqgħa kruċjali tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Huwa kien milqugħ minn xi partitarji Nazzjonalisti. Mistoqsi minn TVM, Adrian Delia qal li mhux se…

Aktar