Pulizija
Vetturi ġodda għall-Korp tal-Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali b’investiment ta’ ftit anqas minn miljun ewro.

Ħamsin vettura li jintużaw mill-Pulizija tad-distretti se jinbidlu. Il-Korp investa madwar €850,000 f’vetturi ġodda, bil-pjan li sal-aħħar tas-sena, il-vetturi kollha fl-għases ikunu ġodda.

Il-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar qal li spiċċa ż-żmien li l-pulizija tad-disretti jieħdu vetturi użati. Il-Kummissarju Cutajar qal li fil-jiem li ġejjin se jiżdiedu 24 vettura oħra. Żied jgħid li minn issa ‘l quddiem, l-eqdem vetturi fid-distretti se jkunu dawk li bdew jaħdmu s-sena li għaddiet.

“Il-vetturi huma għodda importanti ħafna fix-xogħol tagħna speċjalment fejn jidħlu d-distretti u l-pulizija tal-komunità. Kif qed taraw warajja dawn huma vetturi ġodda, vetturi li se jitqassmu f’diversi rħula u bliet ta’ Malta.

Il-Kummissarju tal-Pulizija qal li sar pjan ta’ seba’ snin biex sal-2024, l-400 vettura fil-flotta tal-Korp jinbidlu kollha.

Fl-inawgurazzjoni u tberik tal-vetturi l-ġodda, il-Kummissarju Cutajar qal li għaddej programm ta’ rinnovar f’numru ta’ għases, fosthom f’tal-Qawra, Bormla, iż-Żurrieq, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Birżebbuġa u Marsalforn.

“Bħalissa għaddejjin ukoll bil-proċess fejn ħa jinbnew żewġ għases ġodda waħda minnhom ġewwa Marsaskala u f’Marsaxlokk.”

Il-Korp investa wkoll sitt segways moderni, li l-Kummissarju qal li huma ideali għal rondi f’żoni pedonali. Hu osserva li permezz taż-żewġ segways fil-Belt naqset il-kriminalità b’mod partikolari l-pick-pocketing.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija, Angelo Gafà qal lil TVM li dan l-investiment jagħmel parti minn investiment ikbar ta’ miljun u sitt mitt elf ewro li sar fl-aħħar sena fuq il-flotta tal-vetturi tal-pulizija. TVM hu infurmat li għaddejja ħidma biex is-sena d-dieħla jinxtraw vetturi ġodda għar-Rapid Intervention Unit, li jkunu maħduma apposta għax-xoghol tal-pulizija, minflok kif sar s’issa b’vetturi normali li jkun sempliċiment miżbugħa bħala vetturi tal-Pulizija.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia qal li għaddejja ħidma biex il-korpi dixxiplinati jimxu ‘l quddiem. Qal se jsir investiment fir-riżorsa umana u taħriġ tal-membri tal-Korp. Il-Ministru semma proġett pilota sabiex l-għases ikollhom linja diretta mal-control room tal-pulizija sabiex f’każ li l-għassa tkun magħluqa, il-persuna xorta waħda tkun tista’ tikkomunika mal-pulizija.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbiltà politika u jneħħi lil Keith Schembri minn Chief of Staff. Il-Mozzjoni titlob li b’mod urġenti, il-Parlament jiddiskuti l-aħħar…

Qorti

Waqt konferenza stampa dwar proġett għall-aktar effiċjenza fis-sistema ġudizzjarja, il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq fuq il-bżonn li s-sistema ġudizzjarja tkun relevanti għas-soċjetà tagħna. F’konferenza li mmarkat…

Edukazzjoni

F’konferenza dwar l-litteriżmu fil-midja l-President George Vella appella għal aktar kawtela bil-mod ta’ kif tigi analizzata l-aħbar. Dr Vella sostna li l-kredibilità fil-ġurnaliżmu ma tistax titkejjel minn kemm l-artiklu jkollu…

Qorti

Daniel Appau mill-Ghana ġie ordnat jitkeċċa minn Malta. Dan wara li Appau seraq rota ta’ kunsillier Żebbuġi, reat li tiegħu il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundannatu wkoll għal 13-il xahar ħabs…

Aktar