Lokali
Vetturi tat-tifi tan-nar u ambulanzi mgħammra b’lenti biex sewwieqa jaraw lil hinn minn naħa tal-passiġġier

Il-vetturi kollha tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u l-ambulanzi ġew mgħammra b’lenti apposta biex is-sewwieqa jkunu jistgħu jaraw żona akbar minn naħa tal-passiġġier.

Ic-Chairman eżekuttiv tal-Kunsill għas-sigurtà fit-toroq Pierre Vella qal li wara li l-użu tal-fresnel lens kienet ippruvata matul l-aħħar xhur mis-sewwieqa tal-kumpanija Express Trailers u ħalliet il-frott, Transport Malta tat donazzjoni ta’ dawn il-lenti lill-ħaddiema tal-ambulanzi u l-protezzjoni ċivili.

Żied li din il-lenti toffri il-possibiltà li jaraw nies jew vetturi li normalment ikunu fi blind spots.

Is-Sur Vella appella biex il-kumpaniji privati li għandhom vetturi kummerċjali, speċjalment dawk li jinstaqu min-naħa tax-xellug tal-vettura, javviċinaw lill-kunsill għas-sigurtà fit-toroq biex ituhom suġġerimenti dwar l-użu ta’ din il-lenti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar