Barranin
Viċin Palermo: Tintemm il-kwarantina tal-ekwipaġġ tal-Alan Kurdi

Illum tintemm il-kwarantina tal-ekwipaġġ tal-bastiment Alan Kurdi li jinsab ‘il barra minn Palermo.

L-awtoritajiet Taljani kienu talbu lill-ekwipaġġ iżomm ruħu taħt kwarantina fuq vapur hekk kif il-pajjiż jinsab fi kriżi kawża tal-imxija tal-Coronavirus li ġabet lill-Italja għarkupptejha.

Abbord l-Alan Kurdi kien hemm mal-147 immigrant li ġew trasferiti fuq vapur ieħor barra minn Palermo biex jagħmlu 14-il jum fi kwarantina.