Edukazzjoni
Victor Fenech onorat bil-midalja Ġieħ l-Akkademja tal-Malti

L-Akkademja tal-Malti waqt li fakkret id-99 sena mit-twaqqif tagħha, onorat li l-awtur Victor Fenech bil-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ b’għarfien għall-kontribut qawwi li ta tul is-snin lil-letteratura Maltija u lil-lingwa Maltija.

Ilu jikteb kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, għal dawn l-aħħar 60 sena. Victor Fenech kien beda jikteb meta kien għadu student fl-Università

Illum għandu 84 sena. Magħruf għall-poeżiji b’temi soċiopolitiċi. Ħa l-fama bħala l-poeta tal-protesta bil-poeżiji tiegħu fost oħrajn dwar il-ħarsien tal-ambjent, il-familja u s-soċjetà.

Minkejja għomtu u żmienu jikteb għad għandu ħolma xi jwettaq.

“Jien għaddejt il-gwerra, għaddejt minn ħafna affarijiet u nixtieq li bil-mod il-mod niktibhom. Ktieb tal-memorji.”

Il-ħidma letterarja ta’ Victor Fenech ġiet rikonoxxuta bil-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’. L-investitura saret f’Jum l-Akkademja mill-President George Vella waqt serata fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Fost il-mistednin kien hemm uħud mill-imsieħba tal-Akkademja tal-Malti li ċċelebraw ukoll id-99 sena mit-twaqqif tal-Akkademja, li twaqfet bħala l-għaqda tal-kittieba tal-Malti.

Il-President Vella feraħ lis-sur Fenech u ddeskrivih bħala bniedem li ddistingwa ruħu l-aktar b’ħidma fuq tul ta’ żmien għall-iżvilupp tal-Ilsien Malti u tal-letteratura Maltija. Qal li l-valuri mħaddna mill-Maltin u li mal-mixja tal-hekk imsejjaħ progress intilfu jew intesew huma minquxin fil-kitbiet tiegħu.

Il-President Vella qal din l-okkażjoni tkompli ssaħħaħ il-ħidma li diġà nediet il-Presidenza biex titqajjem kuxjenza akbar dwar il-Malti.

Din kienet ir-raba’ Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ li ngħatat. Fl-2016 ingħatat lil Oliver Friggieri, is-sena ta’ wara lil monsinjur Lawrence Cachia u s-sena l-oħra lil Trevor Zahra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-protesta li saret fil-Belt Valletta lbieraħ seħħet mingħajr permess. Dan intqal fi stqarrija uffiċjali tal-Pulizija li qalu li sakemm saret il-protesta lbieraħ filgħodu, l-organizzaturi ta’ din il-protesta ma applikawx għall-permess, kif…

Kronaka

Riżultat tar-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin, tqaċċtu numru ta’ siġar fosthom waħda l-Mosta li waqgħet fuq vettura li kienet ipparkjata u oħra f’Sant’ Anton. Kelliema għall-pulizija qalet li…

Kronaka

Luana Borg, it-tfajla ta’ 14-il sena li lbieraħ kienet irrapportata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa. Hija kienet irrapportata nieqsa wara li kienet dehret l-aħħar nhar il-Kunċizzjoni, 8 ta’ Diċembru viċin…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi ħafna għal qawwa ta’ riefnu fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.

Aktar