Lokali
Victor Sciriha jirriżenja minn President ta’ Valletta FC

Victor Sciriha m’għadux il-President ta’ Valletta FC. Dan tħabbar f’Laqgħa Ġenerali li saret illum. Post Sciriha fit-tmexxija ta’ Valletta FC se jittieħed minn Alexander Fenech li kien Viċi President tal-klabb.

Sciriha kien ilu jmexxi lil Valletta mill-2007 u rebbaħ lit-tim tal-Belt seba’ kampjonati. Taħt Sciriha, it-tim ta’ Valletta FC rebaħ ukoll tliet FA trophies, seba’ Super Cups, tliet Euro Challenge Cups, il-100 League Anniversary Cup u l-Betfair Cup li ntrebħet kontra t-tim Taljan ta’ Juventus.