Barranin
Victoria u David Beckham se jiddivorzjaw?

F’intervista li Victoria Beckham tat lil British Vogue xejnet ix-xniegħa li hi u David Beckham se jieħdu d-divorzju.

Hija flimkien mal-erbat’itfal tagħha dehru fuq il-faċċata tar-rivista.

Victoria Beckham qalet li dan l-għajdut huwa inġust u jaf iħalli impatt fuqhom u fuq in-nies ta’ madwarhom.

Hija qalet li l-familja tagħha hija b’saħħitha iżda dal-għajdut jista’ jagħmel ħafna ħsara.

F’Ġunju li għadda diġà kien hemm xi għajdut simili li kien ġie deskrit bħala għajdut bla sens.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Residenti  fi triq f’Newton Aycliffe għamlu festin fit-triq wara li Stephen Lawson, residenti tat-triq intbagħat il-ħabs fuq diversi akkużi li bihom kien idejjaq lill-ġirien. Huwa kien akkużat li kien jhedded lill-ġirien…

Barranin

Fi Franza omm li ħbiet lit-tarbija tagħha f’but ta’ karozza li kien mimli dud għal kważi sentejn intbagħtet ħames snin ħabs, tlieta minnhom sospiżi. Rosa-Maria Da Cruz żammet lil bintha, Séréna…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wasal f’Kalifornja fejn beda jżur il-postijiet milquta mill-agħar nirien fl-istorja ta’ dan l-istat Amerikan. Trump iddeskriva x-xena li ra sa issa bħala waħda ta’ swied…

Kurżitajiet

F’filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jidher liebes żarbuna sewda u oħra kannella. Dan ġara matul konferenza tal-aħbarijiet f’Brussell waqt is-Summit Bilaterali UE…

Aktar