X

Victoria u David Beckham se jiddivorzjaw?

F’intervista li Victoria Beckham tat lil British Vogue xejnet ix-xniegħa li hi u David Beckham se jieħdu d-divorzju.

Hija flimkien mal-erbat’itfal tagħha dehru fuq il-faċċata tar-rivista.

Victoria Beckham qalet li dan l-għajdut huwa inġust u jaf iħalli impatt fuqhom u fuq in-nies ta’ madwarhom.

Hija qalet li l-familja tagħha hija b’saħħitha iżda dal-għajdut jista’ jagħmel ħafna ħsara.

F’Ġunju li għadda diġà kien hemm xi għajdut simili li kien ġie deskrit bħala għajdut bla sens.

av :