Lokali
Villa Barbaro f’Ħal Tarxien skedata fl-ewwel grad

L-Awtorità tal-Ippjanar skedat fl-ewwel grad Villa Barbaro f’Ħal Tarxien, waħda mill-iktar binjiet antiki fil-pajjiż, biex tingħata iktar protezzjoni.

Dan l-iskedar sar b’kollaborazzjoni mas-Supretendent tal-Wirt Kulturali li estenda iktar propjetajiet għall-iskedar fosthom fi triq iż-Żejtun faċċata ta’ Villa Barbaro. Martin Saliba, iċ-chairman tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità qal li minkejja li din il-Villa kienet protetta fis-sena 2009, issa din il-protezzjoni ssaħħet iktar bl-iskedar li ngħatat, anki biex tkun imħarsa minn żvilupp li jista’ jsir fl-istess Triq.

Villa Barbaro u l-ġonna tagħha nbniet fis-seklu sittax u kienet tal-familja Barbaro u għanha mportanza arkitettonika simili għall-palazz tal-inkwiżitur fil-Girgenti u Palazzo Gomerino fir-Rabat.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT, Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd ta’…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar