Ambjent
Villa Frere u l-ġonna tagħha f’tal-Pietà bl-ogħla grad ta’ protezzjoni mill-PA

Villa Frere u l-ġonna tagħha f’tal-Pietà b’arkittetura neoklassika tas-seklu 18 ingħataw l-ogħla grad ta’ protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar wara konsultazzjoni tas-sovratendenza tal-wirt kultura. Din il-propjetà diġa kienet tgawdi protezzjoni fi grad tnejn iżda issa ngħatat l-ogħla livell ta’ protezzjoni.

Din id-deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb mill-Perit Edward Said li jmexxi grupp imsejjaħ il-ħbieb ta’ Villa Frere. Huwa qal li b’hekk ix-xogħol siewi ta’ konservazzjoni li sar b’dedikazzjoni mill-volontiera tul l-aħħar seba’ snin ser ikun imħares għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-villa bil-ġonna imtarrġa tagħha nbniet fis-seklu 18 u kienet ir-residenza tad-diplomatiku magħruf Ingliż Sir John Hookham Frere. Il-żonna tal-villa fiha 13-il bir li jintużaw għat-tisqija u bosta karatteristiċi arkittetoniċi tal-perjodu Ingliż.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Statistika

Stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-ekonomija Maltija kompliet tikber fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena. L-NSO qal li l-Prodott Domestiku Gross bejn Jannar u Marzu żdied 59 miljun…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali sabet li d-drittijiet fundamentali ta’ Yorgen Fenech inkisru meta ma tkomplietx il-kumpilazzjoni kontrih wara li ħareġ l-avviż legali li bih ġew sospiżi s-seduti tal-qorti ħlief f’każi urġenti. L-Imħallef…

Kronaka

TVM ikkonferma mal-pulizija li ħadd ma weġġa’ kmieni dalgħodu fi Triq Magri, fil-Marsa wara li tħeġġeġ nar f’residenza. Membri tas-CPD u tal-pulizija marru fuq il-post fejn 3 persuni li kienu…

Aktar