Qorti
AĠĠORNAT: Vince Muscat se jingħata l-maħfra għall-qtil tal-Avukat Carmel Chircop

Vince Muscat mistenni jingħata l-maħfra Presidenzjali għall-qtil tal-Avukat Carmel Chircop (ritratt) f’Ottubru tal-2015. TVM jista’ jikkonferma li l-Kabinett approva t-talba ta’ din il-maħfra t-Tnejn li għadda.

L-Avukat Chricop, li kellu 51 sena, kien inqatel b’erba’ tiri b’arma tan-nar f’kumpless ta’ garaxxijiet f’Birkirkara.

Fi żvolta llum, Vince Muscat ammetta għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, waqt li fl-istess ħinijiet il-Pulizija arrestat tliet irġiel li huma ssuspettati li fornew il-bomba għall-istess qtil.

Huwa mifhum li Muscat se jgħaddi tagħrif importanti mhux biss fuq il-qtil Caruana Galiza, iżda wkoll fuq dak tal-Avukat Chircop.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Vince Muscat iwieġeb ħati għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Arrestati tliet irġiel suspettati li fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia