Barranin
Virgin Atlantic fix-xifer li tfalli

Il-Qorti għolja Ingliża qalet li l-kumpannija tal-linja tal-ajru Virgin Atlantic se tfalli jekk il-kredituri tagħha ma japprovawx ftehim ta’ 1.2 biljun lira sterlina biex isalva lill-kumpannija.

Skont l-avukati tal-linja tal-ajru, minkejja li l-kumpanija hija b’saħħitha, jekk mhux se jiġu nġettati dawn il-flus, il-futur tagħha se jkun wieħed kritiku ħafna.

Il-kumpanija qed tipprova tikseb ukoll protezzjoni ta’ falliment mill-Istati Uniti biex ikunu protetti l-assi tagħha fil-pajjiż. Il-linja tal-ajru bħal ħafna linji tal-ajru oħra qalgħet daqqa ta’ ħarta minħabba l-pandemija.

Jekk il-kumpannija ma jkollhiex pjan ta’ salvatagg b’injezzjoni ta’ aktar minn biljun lira sterlina, se tispiċċa tfalli fl-aħħar ta’ Settembru li ġej.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar