Lokali
Virtu Ferries tgħid li ma kellhiex x’taqsam mal-azzjoni legali li nfetħet kontra l-kumpanija Ponte Ferries

Il-kumpanija Virtu Ferries qalet li ma kellhiex x’taqsam mal-azzjoni legali li nfetħet kontra l-kumpanija Ponte Ferries.

Fi stqarrija, Virtu Ferries qalet li bħal Ponte Ferries hija applikat għal faċilitajiet ta’ rmiġġ fil-Port ta’ Augusta.

Qalet li dawn l-applikazzjonijiet jieħdu ż-żmien tagħhom, u sa issa l-ebda waħda minnhom għadha ma ġiet approvata. Kompliet tgħid li għaldaqstant hija ma bigħetx biljetti għal din ir-rotta sakemm jiġi approvat il-permess.