Lokali
Vittmi tal-prostituzzjoni b’għajnuna minn Dar Hosea

Vittmi tal-prostituzzjoni li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija se jingħataw għajnuna mill-professjonisti u l-voluntiera ta’ Dar Hosea.

Il-Gvern u s-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antide ffirmaw kuntratt li bih il-Gvern se jipprovdi €40,000 biex fit-tnax-il xahar li ġejjin isiru sessjonijiet ma’ dan il-grupp ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sister Salvina Bezzina qalet li b’dan il-ftehim is-sorijiet se jsaħħu l-ħidma tagħhom man-nisa li jinħakmu fix-xibka tal-prostituzzjoni. Żiedet li wara li jiskontaw is-sentenza, il-vittmi tal-prostituzzjoni jistgħu jqattgħu ftit ħin fil-ġurnata f’Dar Hosea fejn jingħataw appoġġ biex jerġgħu lura fis-soċjetà.

Id-Direttur tal-Ħabs, il-Kurunell Alex Dalli qal li inizjattivi bħal din tgħin lill-priġunieri jerġgħu jintegraw fis-soċjetà wara li jkunu pattew għall-iżball li jkunu għamlu.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Portelli Farrugia qalet li l-prijorità hija li tingħata tama ġdida lil nies li ma kellhomx għażla oħra ħlief li jirrikorru għall-prostituzzjoni.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li r-rijabilitazzjoni ma tieqafx meta l-persuna tkun fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, iżda tkompli fi żmien ta’ wara. Żied li l-għajnuna għandha tingħata wkoll lil ulied il-priġunieri sabiex ma jidħlux fil-kriminalità.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar