Barranin
Viżibbilment emozzjonata tħabbar ir-riżenja tagħha

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħabbret li se tirriżenja minn kap tal-Partit Konservattiv fis-7 ta’ Ġunju. Hi se tibqa’ fil-kariga ta’ Prim Ministru sakemm jintgħażel suċċessur fit-tmexxija tal-partit, possibiment sal-aħħar ta’ Lulju.

May, qalet li hu ta’ dispjaċir kbir ghaliha li ma rnexxiliex twettaq Brexit, iżda hija kburija bix-xogħol li wettaq il-Gvern tagħha biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Wara tliet snin titħabat biex twettaq il-mandat tal-poplu biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, b’kurrenti kontriha fuq iż-żewġ naħat, il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħabbret li mhix se tibqa’ sservi bħala Prim Minsitru u sejħet biex tibda t-tellieqa għall-kap ġdid tal-Partit Konservattiv fis-7 ta’ Ġunju.

Quddiem 10 Downing Street, il-Prim Ministru May qalet li hu ta’ dispjaċir kbir għaliha li ma rnexxiliex twettaq Brexit bi ftehim, li temmen li hija l-aħjar triq biex Brexit iseħħ b’suċċess.

“I have done everything I can to convince MP’s to back that deal, sadly I have not been able to do so. I tried three times, I believe it was to persevere even when the odds against success seemed high. But it is now clear to me that it is in the best interest of the country for a new Prime Minister to lead that effort. So I am today announcing that I will resign as leader of the Conservative and Unionist party on Friday the 7th of June.”

Waqt li qal li jifhem li l-Prim Ministru May tinsab taħt stress kbir, il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn qal li l-Prim Ministru ma kienx fadlilha soluzzjonijiet biex twettaq ir-rieda tal-poplu għal Brexit.

”But the reality is a new Conservative leader isn’t going to solve the problem. There has to be another opportunity for the people of this country to decide who they want to be in their government, how they want the government to be run, what the long term strategy is of that government. I think we need a general election.”

L-aħbar tar-riżenja tal-Prim Ministru May ġiet wara li fl-aħjar jiem tilfet l-appoġġ ta’ membri tal-kabinett li kienu qegħdin jappoġjaw l-istrateġija taghha għall-Brexit, fosthom il-kap tal-House of Commons, Andrea Leadsom, li flimkien ma’ membri tal-Partit Konservattiv talbu lil May twarrab. Viżibbilment emozzjonata, Theresa May ma kienx fadlilha triq oħra ħlief li tirreżenja.

”I will shortly leave the job that has been the honour of my life to hold. The second female Prime Minister but not the last. I do so with no ill will, but with enormous and enduring gratitude to have had the oppostunity to serve the country I love.”

Meta jinħatar mexxej ġdid tal-Partit Konservattiv, sa l-aħħar ta’ Lulju, tiġi fi tmiemha t-tmexxija ta’ Theresa May, li ssieltet fost l-aktar mumenti diffiċli u kellha l-akbar telfa fil-House of Commons, waqt li kienet qiegħda tipprova twettaq wahda mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli fl-istorja tar-Renju Unit mit-Tieni Gwerra Dinija ‘l hawn.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Barranin

It-taħditiet dwar il-kummerċ li se jsiru bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija jiddominaw is-summit tal-G20 f’Osaka l-Ġappun meta ż-żewġ mexxejja se jiltaqgħu fl-aħħar jum tas-summit…

Aktar