Avjazzjoni
Volotea tniedi titjiriet lejn Verona u Ġenova mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għadu kemm nieda titjiriet lejn Verona u Ġenova. Dawn it-titjiriet ser ikunu qed jiġu operati mil-linja tal-ajru Volotea.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-ewwel titjiriet miż-żewġt ibliet Taljani niżlu għall-ewwel darba f’Malta aktar kmieni din il-ġimgħa; liema ġimgħa żgur kienet waħda eċċitanti għal dawk li jħobbu s-safar u jiskopru postijiet ġodda.

Minkejja li ż-żewġt ibliet jinsabu fit-Tramuntana tal-Italja u huma biss tliet sigħat bogħod minn xulxin bil-ferrovija, dak li għandhom x’joffru huwa pjuttost differenti u x’aktarx li jolqot gosti differenti wkoll.

Filwaqt li Verona hija magħrufa għall-wirt artistiku u l-ġmiel ta’ arkitettura tagħha, li anki wasslitha sabiex tiġi rikonoxxuta mill-Unesco bħala Sit ta’ Wirt Dinji, Genova hija belt mibnija madwar port u għalhekk hija aktar magħrufa għall-wirt marittimu tagħha u l-baħar.

Volotea ser tkun qed topera servizz ta’ kull ġimgħa lejn kull waħda minn dawn il-bliet tul ixxhur tas-sajf, bit-titjira lejn Verona titlaq kull nhar ta’ Tlieta u t-titjira lejn Genova titlaq millAjruport Internazzjonali ta’ Malta kull nhar ta’ Erbgħa.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Melieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabt tas-2pm fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna….

Lokali

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar…

Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, il-Kostituzzjoni ma…

Aktar