Ambjent
Voluntiera u uffiċjali tal-pulizija jmiddu jdejhom biex inaddfu l-Aħrax tat-Tunnara

Il-Ħamis li għadda, għadd ta’ voluntiera u uffiċjali tal-pulizija xammru l-kmiem biex naddfu l-Aħrax tat-Tunnara.

Kienet il-kunsilliera Rebecca Bartolo Cutajar li ħarġet b’din l-inizjattiva biex flimkien ma’ għadd ta’ voluntiera żżomm il-lokalità tal-Mellieħa nadifa.

Flimkien mal-voluntiera, ingħaqdu xi uffiċjali tal-Pulizija fil-komunità, kunċett ġdid li tnieda jumejn ilu fejn membri tal-Korp se jkunu eqreb mal-Mellieħin biex flimkien mar-residenti, in-negozji u l-għaqdiet lokali, jgħinu biex toqnos il-kriminalità u żżamma tal-lokalità.

Is-Sindku tal-Mellieħa, Dario Vella rringrazzja lil kull min wera interess fil-lokalità u ta daqqa t’id.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tagħrif li Television Malta ġabar mingħand il-Pulizija juri li r-rapporti ta’ serq x-xahar li għadda naqsu b’25% meta imqabbel ma Marzu tas-sena l-oħra. Fi kliem l-Ispettur Fabian Fleri, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet…

COVID-19

Il-proċeduri għall-IVF jinsabu ffriżati għal kollox kawża tal-COVID19. Il-kap tal-awtoritàa għall-protezzjoni tal-embrijun qalet li ttieħdu miżuri biex dawk li jinsabu fl-età massima li fiha jistgħu jinqabdu tqal bl-IVF, jingħataw estensjoni…

COVID-19

Edizzjoni tal-programm DISSETT se tixxandar wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM. Dirett mill-istudios ta’ Television Malta: id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u diversi professjonisti mill-Isptar Mater Dei…

Lokali

Kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. F’pandemija bħal dik li qed ngħixu, kulħadd jintlaqat b’mod jew b’ieħor u kulħadd għandu il-perspettiva tiegħu. M’hemmx dubju li l-COVID19 se tħalli timbru fis-socjetà u…

Aktar