Solidarjetà
Voluntiera Żabbarin b’qalb tad-deheb: wara li qassmu l-maskri qed jgħinu b’xirjiet lill-anzjani u ‘l-vulnerabbli

Żaqqu jħobbha kulħadd u mingħajr ikel ma joqgħod ħadd. L-anzjani u l-vulnerabbli, b’mod speċjali, f’dawn il-jiem straordinarji x’aktarx li lanqas biex jagħmlu x-xirja m’huma jinqalgħu mid-dar u biex jimlew il-ħażna tal-ikel wisq probabbli bosta minnhom qed jistrieħu fuq l-għeżież tagħhom jew persuni oħra li qed jaqduhom minn jeddhom.

F’dawn l-aħħar jiem l-anzjani u l-vulnerabbli kienu fi ħsieb l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar hekk kif għadd ta’ voluntiera fi ħdan l-Għaqda bdew iqassmulhom il-maskri b’xejn.

Iżda l-altruwiżmu u s-solidarjetà, speċjalment f’perjodu bħal dak li ninsabu fih, ma għandhomx qies. F’dawn il-jiem ukoll, apparti l-maskri l-Għaqda se tissokta tagħti daqqa t’id lill-anzjani u ‘l-vulnerabbli billi tgħinhom b’xirjiet bil-għajnuna tal-Malta Food Bank Foundation.

Fi stqarrija fuq Facebook, l-Għaqda qalet li lil hinn mill-briju u l-atmosferi tal-festa, tħoss li anki hi għandha tagħti sehemha hekk kif biex neħilsu mill-pandemija mill-aktar fis jeħtieġ li kollha kemm aħna nibqgħu niġbdu ħabel wieħed.

Minn dejjem emminna li l-Għaqda tagħna m'hijiex biss għall-banda, il-festi u l-briju li tant aħna magħrufin…

Gepostet von Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883 am Samstag, 16. Mai 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li għal-lum mhemm l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u 13-il persuna oħra fiequ mill-virus. Dan qalitu waqt il-konferenza stampa fejn tkellmet ukoll dwar…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

Aktar