Saħħa
Voluntiera Żabbarin qed iħitu maskri b’xejn għall-anzjani

Kull qalb trid oħra u f’dawn il-jiem straordinarji dan l-isforz kollettiv ġejna bżonnu aktar minn qatt qabel. Lil hinn mill-materjaliżmu u l-ħafna flejjes spiss dak li jkun b’ġest żgħir kapaċi jisraqlek qalbek.

F’dan l-isfond, f’dawn il-jiem l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar qed tmidd idejha biex tħit għadd ta’ maskri li se jingħataw b’xejn lis-soċji li għandhom ‘il fuq minn 60 sena.

Il-President tal-Għaqda, Quinton Scerri qal li bosta jew mhux qed isibu jixtru maskri jew qed isibuhom bi prezzijiet għolja. Spjega, li l-Għaqda Żabbarija ħarġet bl-idea li tipproduċi għadd ta’ maskri li jistgħu jerġgħu jintużaw.

L-Għaqda qalet li ġaladarba jkollha aktar riżorsi bi ħsiebha tipproduċi aktar maskri bil-għan li dan il-ġest nobbli jibbenefikaw minnu aktar persuni.

Fl-aħħar sigħat ir-rispons kien pożittiv ġmielu kemm għall-idea kif ukoll minn għadd ta’ voluntiera li minn jeddhom daħlu għal din l-inizjattiva b’ruħhom u b’ġisimhom billi se jagħtu daqqa t’id fil-ħjata.

L-Għaqda se tkun qed tħallas għad-drapp u materjal ieħor sabiex hi wkoll tagħti sehemha f’dawn il-jiem bla preċedent.

#FamiljaWaħda💚 anke f'dawn iż-żminijiet.Il-Kumitat Ċentrali, bl-għajnuna tal-Kummissjonijiet, partitarji voluntiera u…

Gepostet von Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883 am Montag, 4. Mai 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Internet

Matul l-aħħar xhur straordinarji, ħobbha jew ogħbodha, it-teknoloġija lkoll ġejna bżonnha. Kienet kruċjali, fost l-oħrajn, biex bosta anzjani ma jinqatgħux għalkollox minn mal-għeżież tagħhom fil-qilla tal-pandemija. Minkejja l-għadd ta’ benefiċċji…

COVID-19

Qabżu t-12-il miljun il-każijiet madwar id-dinja ta’ coronavirus li minnhom irkupraw 6,587,439. Ġew irreġistrati wkoll 549,508 mewt globalment mill-Covid-19. Tokyo l-Ġappun, irreġistra rekord ta’ 224 ta’ infezzjonijiet ġodda li huwa…

Aktar