Barranin
Vot biex ikun deċiż jekk Salvini jgħaddix ġuri fuq ħtif ta’ 131 immigrant

Kumitat speċjali fi ħdan is-senat Taljan qed jivvota biex jiddeċiedi dwar jekk l-eks Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, għandux jgħaddi ġuri dwar l-attentat ta’ ħtif ta’ grupp ta’ immigranti abbord vapur tal-gwardja tal-kosta Taljana.

Il-maġġoranza tal-membri madankollu qalu li m’humiex se jattendu għas-smigħ fis-senat u b’nuqqas ta’ quorum, il-każ se jkollu jkun pospost għall-vot fis-17 ta’ Frar. Dawk li jopponu lil Salvini qed jakkużawh li qed jilgħabha tal-martri.

Il-każ imur lura għal Lulju meta Salvini kien ikkommetta l-kredibbiltà politika tiegħu mal-impenn biex jikkontrolla l-immigrazzjoni illegali mill-Afrika, u ordna li grupp ta’ 131 immigrant jinżamm abbord il-vapur Gregoretti sakemm l-awtoritajiet tal-istati Ewropej qablu li jitqassmu bejniethom.

Waqt li indirizza rally fil-belt ta’ Maranello nhar is-Sibt, Salvini sfida lill-awtoritajiet biex jgħadduh ġuri. “I say this to those senators who have to decide whether to send me to trial or not, I ask you formally, send me to trial, send me to trial because the Italian people will be on trial with me.”

Il-vot tal-kumitat se jingħata f’mument kruċjali, hekk kif l-elezzjonijiet reġjonal tal-ġimgħa d-dieħla jistgħu jwasslu biex tisfaxxa l-koalizzjoni bejn il-moviment tal-ħames stilel u l-partit xellugi demokratiku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Barranin

Timmaġinak li waqt operazzjoni tibqa’ konxju? Timmaġinak li waqt operazzjoni ddoqq xi strument? Hekk għamlet Dagmar Turner waqt li kienet qed tiġi operata f’rasha. L-istaff mediku talab lil Turner ta’…

Aktar