Barranin
Vot ieħor mitluf għal May dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May sofriet it-tieni telfa fil-Parlament Ingliż dwar il-vot Brexit kif innegozjat minnha.

Bi 391 vot kontra l-ftehim u 242 vot favur, il-maġġoranza tal-membri parlamentari Ingliżi evidentament ma qablux dwar kif il-ftehim kien innegozjat minnha. Dan minkejja l-garanziji legali li kisbet waqt taħdidiet li kellha tard it-Tnejn filgħaxija fi Strasburgu.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha, il-Prim Ministru ħabbret mozzjoni dwar kif għada se jittieħed vot kruċjali li jiddetermina jekk il-membri parlamentari Ingliżi jridux jitilqu mill-Unjoni Ewropea anki mingħajr ftehim.
L-iżvilupp storiku fil-parlament Ingliż jimplika wkoll jiem li se jkunu diffiċli ferm li tipprevedihom hekk kif il-leġislaturi Ingliżi jridu jiddeterminaw iridux jittardjaw it-tluq mill-Unjoni Ewropea wara id-29 ta’ Marzu kif kien skedat.

Il-vot kruċjali u storiku segwa d-diskors tal-Prim Ministru Theresa May fil-Parlament illejla f’tentativ biex japprovaw il-ftehim għall-ħruġ tal-pajjiż mill-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Aktar